Kullhadd ghandu l-preferit tieghu. Kullhadd ghandu D-DRITT li jkollu l-preferit tieghu. Kull min huwa fdat bil-vot naf li ser jaghmel xoghol kif mistenni, jigifieri bil-galbu. Jigri x’jigri fl-ghazla tal-mexxejja taghna huwa necessarju li lkoll kemm ahna nzommu quddiem ghajnejna xi riflessjonijiet.
L-ewwel riflessjoni hija li m’ghandniex nippretendu mirakli. Gia hemm min qed jikteb fil-gazzetti kollha li min ser naghzlu zgur ser ikun il-Prim Ministru ta’ Malta hames snin ohra. Dan qed jinghad billi jidher li hemm min donnu qed jirraguna li l-PN semplicement rega ha r-riedni ta’ pajjizna bi zbrixx u mhux ghax fl-ahhar mill-ahhar riditu l-maggoranza tal-poplu malti, zghira kemm hija zghira din il-maggoranza. Dan ir-ragunament huwa ZBALJAT. Sa hames snin ohra jrid isir hafna xoghol mill-mexxejja taghna sabiex insibu u nispjegaw l-formula necessarja biex inmexxu l-pajjiz taghna mill-Gvern. Huwa necessarju li verament inhossu l-polz tal-poplu. Li verament inkunu nafu x’inhu jigri madwarna. Li verament noffru alternattiva tajba. Inridu noffru nifs gdid, pagna gdida, aspettativi godda.
Importanti ghalhekk it-tieni riflessjoni. Il-mixja li ser naghmlu trid issir flimkien. L-ghaqda biss iggib maghha s-sahha necessarja li tista twassal ghal rebha elettorali, li mbaghad issarraf finalment fi gwadann ghall-poplu malti kollu. Dan qed nghidu mhux ghaliex ma kienx hemm l-ghaqda fl-ahhar elezzjoni, izda sabiex inkomplu nsahhu dik l-ghaqda li kienet hemm sabiex indahhlu aktar u aktar nies fil-familja laburista. LI nserhu rasna fuq l-ghalza tal-mexxeja u nieqfu hemm ikukn zball. Dan inridu dhahhluha f’mohhna minn issa.
Ghalhekk din l-ghaqda hija necessarja wkoll sabiex insahhu aktar lill-mexxeja taghna. Ma ninsewx minn x’hiex ser jghaddu bis-sagrificcju li qed jiehdu fuq spallejhom. Haddiehor ser jaghmel minn kollox biex ikisser il-mexxeja taghna, anzi, gja bdew jitfghu l-vlegeg! Li jigri dan jaf idejjaq ghaliex min jitfa l-vlegeg mhux dejjem ghandu intensjonijiet puri, anzi l-oppost! Dan pero’ inridu naccettawh. Kif ahna dejjem lesti nikkritaw lil haddiehor, inridu nkunu lesti dejjem li naccettaw il-kritika tigi mnejn tigi u tigi kif tigi. Basta nwiegbuha effetivament. Irridu naraw ukoll li mill-kritika nistghu wkoll nitghallmu u nikbru. Min jigi kritikat jaf li qed jaghmel hoss, sta mbaghad ghalih juri li minn din il-kritika qed jikber. Hawn terga tidhol l-GHAQDA. Il-mexxeja li jafu li ahna warahom ser ikunu aktar b’sahhithom meta jigu biex jaffaccjaw il-mewg u maltemp. Kaptan fil-bnazzi facli, id-difficli huwa fil-maltemp. Izda jekk ghandek madwarek kumpliment ta’ bahhara li huma mieghek u jafdawk kif inti tafda lilhom allura fl-ahhar il-vapur iddahhlu fil-port!
